
SIR KOLLOK NAR  It-Talb fil-Hajja tal-Irhieb Tad-Dezert
Patri Piju Sammut, Terezjan
.
Titkellem fuq it-talb fil-hajja tal-patrijiet
tad-dezert tfisser pratikament titkellem
fuq il-hajja taghhom. Ghaliex it-talb ghalihom
mhuhiex parti mill-hajja taghhom imma hajjithom
kollha kemm hi. "Ix-xoghol tal-patri
huwa li jahraq l-injam", stqarr wiehed
anzjan (1) - jigifieri x-xoghol tieghu huwa
li jinqeda minn kull okkazjoni halli jixghel
f'qalbu bl-imhabba ta' Alla. Kollox jghodd,
jekk wiehed joqghod ghassa, halli jitma'
n-nar - kemm il-kuntrarjetajiet tal-hajja
kif ukoll is-sodisfazzjonijiet ta' kuljum.
Arma Qawwija Fit-Taqbida
Mhux facli titlob. Anzi, meta staqsew lill-Abba
Agatone, missier fil-hajja spiritwali, liema
virtu jahtigielha l-aktar tahbit, hu wegibhom
: "Ahfruli imma nahseb li ma hemmx tahbit
akbar milli titlob lill-Alla. Difatti meta
l-bniedem irid jitlob, l-eghdewwa jaghmlu
minn kollox biex ifixkluh, ghaliex jafu bizzejjed
li ma hemmx haga ohra li lilhom tghamlilhom
hsara daqs it-talb. Kull ghemil li jaghmel
l-bniedem jekk jippersevera fih iwasslu ghall-mistrieh.
Bil-maqlub fit-talb wiehed irid jissielet
sa' l-ahhar nifs" (2).
Ghaliex hu daqshekk tqil titlob? Il-twegiba
tal-patrijiet hija tassew interessanti.
Huma
jaraw il-hajja tan-nisrani bhala taqbida
kontra l-ghadu kbir taghna, ix-xitan.
Il-patri
huwa l-atleta li jrid jitghallem jissielet.
Id-dinja qeghda f'idejn il-makakk li
jaf
jixghel il-passjonijiet tal-bniedem
u jgghalu
jaqa' l-hin kollu fid-dnub. L-aqwa
arma li
ghandu n-nisrani hija t-talb. Ix-xjaten
jafu
sewwa l-qawwa ta' din l-arma. Jibzghu
mit-talb
daqs il-bard. Ghalhekk huma jaghmlu
minn
kollox biex iwaqqfu l-patri milli jitlob.
Jivvintaw kull skuza u jpoggu kull
impediment
possibli.
"Min jitlob u jishar jahraq ix-xitan
- imma min hu distratt isir il-pupu tieghu!"
(3) Wiehed anzjan li gie moghti d-don li
jara anke l-affarijiet invisibbli, stqarr,
"rajt wiehed mill-ahwa li kien qed jimmedita
fic-cella - u ara x-xitan kien qieghed barra
mic-cella. Waqt li dan kien qed jitlob, ix-xitan
ma kienx jirnexxielu jidhol - imma malli
waqaf jitlob, x-xitan dahal u qajjimlu gwerra."
(4)
Biex jtennu l-qawwa ta' din l-arma li tnezza'
x-xitan minn kull qawwa, l-irhieb jirrakuntaw
storja li tista tixxokja lill-widnejn moderni
taghna! Meta Guljanu l-Apostata (331-363)
nizel il-Persja, huwa baghat xitan b'messagg.
Imma meta dan ix-xitan gie biex jaqsam hdejn
post fejn kien jghammar wiehed patri, baqa'
hemm bla ma jiccaqlaq ghal ghaxar t'ijiem.
Kien ibblukat! Ma setghax ikompli miexi fil-vjagg
tieghu ghaliex dan il-patri ma' waqafx jitlob
lejl u nhar. Ghalhekk kellu jmur lura b'idejh
vojta. Meta l-imperatur staqsieh x'gara,
dan qallu l-verita' u kif it-talb tal-patri
waqfu milli jkompli! (5) Daqshekk hija qawwija
l-arma tat-talb...
Il-patrijiet tad-dezert fehmu tajjeb li t-talb
mhuhiex xi devozjoni sentimentali li ssahhan
il-gewwieni taghhom. It-talb huwa taqbida.
Ma hemm ebda qaghda fil-hajja tal-bniedem
li ghandha tfixkel il-hajja tat-talb. Lanqas
il-mard. (6)
Itolbu Bla Heda
Punt fiss fl-ispiritwalita tal-rhieb tad-dezert
kien x'ghandhom jaghmlu halli jobdu lil San
Pawl li fl-Ewwel Ittra lit-Tessalonikin wissa
lill-insara halli jitolbu bla waqfien (7).
Huma jaraw car li biex wiehed nisrani ikun
jista jghix fis-sliem u hieni hemm bzonn
li jitghallem jitlob mhux biss billi jiehu
sehem fil-Liturgija tas-Sighat li taqsam
b'certu r-ritmu l-gurnata, imma hemm bzonn
li jimla' wkoll l-ispazzji kollha tal-gurnata.
Meta tkun wahdek, meta tkun man-nies, meta
tkun qed tiekol, meta tkun qed tahdem, sahansitra
meta tkun rieqed!
Patri resaq lejn l-Abba Lot u staqsieh. "Abba,
jiena naghmel kif nista' l-liturgija kollha,
nsum wkoll, nitlob, nimmedita, nghix fil-gabra,
nipprova nkun safi fi hsibijieti. X'ghandi
naghmel aktar?" L-anzjan qam bil-wiefa,
fetah dirghajh berah, hares lejn is-sema,
subghajh bdew jixghelu qishom fjammi. "Jekk
trid, qallu, sir kollok nar!" (8)
Il-Beatu Epifanju, Isqof ta' Cipru kellu
monastreu fil-Palestina. Is-superjur darba
baghadt jghidlu "Bis-sahha tat-talb
tieghek qatt ma' nqasna mir-Regola, imma
b'hegga qed niccelebraw l-Ewwel Siegha, it-Tielet,
Is-Sitt u d-Disgha Siegha u l-Ufficju tal-Lucernarju
wkoll." Imma hu canfru u qallu, "
Hu ovvju mela, li qed titraskuraw is-Sighat
l-ohra tal-gurnata u mhintomx qed titolbu
l-hin kollu. Il-patri veru irid ikollu t-talb
u s-salmi f'qalbu l-hin kollu." (9)
Din hija wahda mill-intwizjonijiet profondi
tal-patrijiet tad-dezert : titlob dejjem,
bla waqfien. Anke Santu Wistin jikkumenta
fuq din l-usanza fl-Ittra lil Proba, "Jinghad
li l-eremiti tal-Egittu jitolbu sikwit, imma
fil-qosor hafna u bil-heffa, bhalma jkunu
l-vlegeg, u dan jghamluh biex mohhom u qalbhom,
merfughin lejn Alla, kif inhu mehtieg hafna
f'min jitlob, ma jibirdux u ma jitferxux
minhabba nuqqas ta' attenzjoni. B'dan lilna
jghallmuna li l-mohh u qalb tal-bniedem ma'
ghandhomx jitferrxu malajr fuq affarijiet
ohra ..." (10)
Biex taghmel dan, biex tiftakar f'Alla l-hin
kollu, trid titghallem haga wahda - toqghod
ghassa. L-Abba Arsenju kien ihobb jghid,
"Jekk infittxu lill-Alla, Huwa juri
ruhu. Jekk inzommuh maghqud maghna, Huwa
jibqa' maghna!" (11) Il-Patri Alonju
qal, "Jekk il-bniedem ma' jasalx biex
jghid f'qalbu, 'Jiena u Alla ahna wahedna
fid-dinja' ma jsibx kwiet gewwieni!' (12)
Meta kien qed imut, l-Abba Bessarjon tenna
li l-patri irid ikun bhal kerubini u s-serafini,
kollu ghajnejn. (13)Dejjem iffissat fuq Alla.
U l-Abba Teona qal, "Meta mohhna ma
jibqghax aktar jahseb f'Alla, naqghu lsiera
tal-passjonijiet tal-gisem." (14)
Qal l-Abba Serapjon, "Kif is-suldati
tar-re ma' jazzardawx iharsu lejn il-lemin
u lejn ix-xellug meta jkunu quddiemu, hekk
il-bniedem li qieghed quddiem Alla u mohhu
fiH l-hin kollu, l-ghadu ma jista' jbezzghu
f'xejn." (15)
Il-Qalb Kollox
L-Amma Sinkletika kienet tghid li nridu
nkunu
dejjem armati mhux biss kontra x-xjaten
li
jigu minn barra imma anke kontra dawk
li
jinbtu minn gewwa fina stess.
Il-qalb, jghidu l-irhieb, hija nixxiegha
ta' rivelazzjoni. Hi rifless tal-genna. Jekk
thaffer fil-fond ssibha. Jekk issibha, ghozzha.
Tordomhiex. Wiehed mill-ahwa staqsa lill-Abba
Titu, 'Kif nista' nzomm safja lil-qalbi?'
U x-xih wiegeb xott xott, "Kif nistghu
nzommu safja lill-qalbna jekk ghandna halqna
u l-istonku dejjem miftuhin berah?!"
(16) U bil-maqlub, "Zomm il-hsibijiet
tieghek dejjem fis-Saltna tas-Smewwiet, u
hekk tiret din is-Saltna tassew malajr"
(17)
Wara dan il-hsieb centrali tal-irhieb
tad-dezert,
hemm diskusjoni teologika. Il-Messalini,
moviment karismatiku eccessiv tal-IV
seklu
fis-Sirja kien isostni li fil-qalb
tal-bniedem
jghixu flimkien l-angli u x-xjaten
- u li
ghalhekk il-bniedem hu fih innifsu
maqsum.
Kontra din id-duttrina l-patrjiet kienu
jsostnu
li l-qalb tal-bniedem, mahluqa minn
Alla
ma tistax tkun haga ohra hlief ghajn
ta'
ispirazzjonijiet ghat-tajjeb. Il-hazin
dejjem
jigi minn barra f'forma ta' 'logismos',
hsieb
hazin.
Ghalhekk l-qofol tat-taqbida qieghed filli
noqghodu ghassa halli l-hsieb hazin ma jidholx
fina. U jekk jirnexxielu jidhol, neqirduh
mill-ewwel qabel ma jrabbi l-gheruq. "Il-hsibijiet
hziena jixbhu lill-griedem li jidhlu f'dar
: jekk toqtolhom wiehed wiehed malli jidhlu,
ma tbatiex hafna; imma jekk thallihom jimlewlek
d-dar, trid tithabat hafna halli teqridhom
u tkeccihom. Forsi jirnexxielek, imma tista
taqta' qalbek u thalli d-dar tieghek tigi
meqruda." (18) "Jekk ma' taqlghax
il-pjanta meta tkun zghira, issir foresta
kbira." (19)
"Jum wiehed - jirrakonta Apoftegma -
wiehed patri mar izur wiehed anzjan u meta
kien ghadu fuq barra, jisimghu jghajjat 'Bizzejjed!
Kemm se ddum hawnhekk? Itlaq!' U 'Habib,
ejja hdejja!' Meta dahal fil-kama sab li
l-anzjan kien wahdu! "Abba, ma min kont
qed titkellem?' L-iehor wiegbu, 'Kont qed
inkecci l-hsibijiet hziena u kont qed insejjah
hdejja l-hsibijiet tajba." (20)
Kif qed naraw - nirrepeti - it-talb
ghalihom
mhuhiex sentimentalizmu vojt imma huwa
taqbida!
Kif se nitqabdu, kif se niddefendu
lill-qalbna?
Il-patrijiet kienu nies prattici. Sabiex
teqred hsieb hazin trid tpartu ma'
hsieb
tajjeb! Fuq l-ezempju ta' Gesu' li
meta gie
ttentat mix-xitan, wiegeb b'silta mill-Iskrittura,
il-patri ghandu jwiegeb bl-istess mod.
Huma
kienu jafu li l-Kelma ta' Alla ghandha
l-qawwa
li tesorcizza.
Il-patri huwa 'filologos', habib ta' Kelma.
Tant li Antonju, l-ewwel patri tad-Dezert
'kien hekk attent ghall-Kelma ta' Alla, li
ma kien ihalli xejn min dak li jinqara jibqa'
ghaddej minn mohhu. Kien jiftakar kollox
- ghalih il-memorja kienet tiehu post il-kotba."
(21) Pakomju fir-regola tieghu jordna li
n-novizzi qabel ma jidhlu fil-monasteru,
jitghallmu bl-amment siltiet shah ta' l-Iskrittura,
"allinqas ghoxrin salm jew zewg Ittri
ta' l-Appostlu jew xi silta ohra ta' l-Iskrittura."
(22)
Mhux titghallem bl-amment imma titghallem
'tixtarr' l-Iskrittura. Il-gemel ma ghandux
bzonn ta' hafna ikel. Izomm kollox go fih
u meta jasal iz-zmien, jerga jtellghu f'halqu
u joqghod jixtarru sakemm jsir parti minn
gismu. Iz-ziemel bil-maqlub jiekol hafna
u jarmi kollox mill-ewwel. Ma nkunux bhaz-ziemel
imma bhal gemel! (23)
Dan hu l-metodu li gie elaborat b'mod
sistematiku
minn Evagrju. Fil-ktieb tieghu Antirrhetikos
huwa jhejji silta shiha ta' testi mill-Iskrittura
sabiex wiehed ikun jista jwiegeb ghall
kull
attakk tax-xitan. Aktar tard huma bdew
jillimitaw
rwiehhom ghal certi siltiet mill-Iskrittura
bhal 'Kyrie Eleison' jew 'Mulej Fittex
ghini'
Sakemm fl-ahhar issemplifikaw l-prattika
billi ghazlu isem wiehed li jigbor fih kollox
- l-isem ta' Gesu'. Isem li ghandu qawwa
enormi. San Pawl jghid li kull irkoppa titbaxxa
quddiem dan l-isem. (24) Ghalhekk il-parir
tal-patrijiet tad-dezert kien semplici. Malli
jidhol hsieb f' mohhok, qabel ma jifforma
ruhu, keccieh u eqirdu billi issejjah l-isem
ta' Gesu'.
"Malli tqum, l-ewwel haga li trid taghmel
hija li trodd glorja lill-Alla. Intona s-salmi
u innijiet ghaliex l-ispirtu gewwieni taghna
ikompli jdur l-jum kollu qisu magna tat-thin
jithen l-ewwel hsieb li jigi f'mohhna malli
nqumu - kemm jekk dan il-hsieb ikun qamha
kemm jekk ikun sikrana. Kun ghaqli u qieghed
f'mohhok qamha qabel ma l-ghadu jitfa' s-sikrana."
(25) Ovvjament l-ahjar qamha huwa l-isem
ta' Gesu'. Dan jaghti kulur lill-hajja ta'
talb tieghek kollha.
Gwanni Klimaku kiteb, "Toqghodtx tghamilha
tal-gharef bil paroli tat-talb tieghek ghaliex
huwa t-tlaqliq tat-tfal, semplici u bla tizjin
li jaghtu gieh lill Missier li qieghed fis-smewwiet.
Toqghodtx tghid hafna kliem ghax tirriskja
li tgerrex l-ispirtu... Kelma wahda ggustifikat
lill-publikan quddiem Alla; kelma wahda ta'
fidi salvat il-halliel. ... Kelma wahda,
mtennija hafna drabi u b'mod l-aktar naturali
tigbor l-ispirtu." (26)
Hekk imponiet ruhha l-usanza li wiehed jirrepeti
t-talba tal-qalb : "Gesu Bin Alla ikollok
hniena minni midneb." "Sew jekk
tiekol sew jekk tixrob, sew jekk qieghed
mal-ohrajn sew jekk qieghed wahdek, sew jekk
qieghed fil-kamra sew jekk qieghed fi vjagg,
tieqaf qatt milli titlob b'mohh kwiet u bla
distrazzjoni din it-talba..." Din it-talba
fiha kemm stqarrija tad-divinita u l-umanita'
ta' Gesu, kif ukoll l-attegjament gust taghna
quddiem Alla - attegjament umli ta' wiehed
li jaghraf li hu midneb imma fiducjuz ghax
jaf li gie mahfur... (27)
Jirrakonta wiehed patri anzjan li baqa' skantat
kif waqt l-ikel ma' hutu l-patrijiert, ra
kif l-ikel lil xi uhud kien qed isirilhom
ghasel, ohrajn hobz u ohrajn hmieg. Meta
staqsa lill-Alla halli jirrevelalu dan il-misteru,
l-anglu wiegbu u qallu li dawk li qed jieklu
u kollox qed jigihom ghasel huma dawk li
qed jieklu u jitolbu t-talba tal-qalb, dawk
li qed jieklu u kollox jigihom hobz huma
dawk li qed jilqu kollox b'radd il-hajr filwaqt
li dawk li kollox qed jigihom hmieg huma
dawk li qed igergru huma u jieklu! (28)
Ahjar immutu fid-desert milli mmuru lura
fl-Egittu (29)
Erba' affarijiet huma fondamentali
halli
l-hajja ta' talb tikseb aktar sahha.
L-ewwelnett is-skiet. "Moghdija li fuqha
jghaddu l-hin kollu n-nies, il-haxix anke
jekk tizirghu, ma' jikbirx! Il-haxix jikber
fuq art li n-nies ma jghaddux fuqha."
(30) Kien ghalhekk li l-irhieb kienu jevitaw
kull kuntatt mhux mehtieg man-nies. L-Abba
Agatone zamm gebla f'halqu tlett snin halli
jidra' ma jitkellimx izzejjed. (31)
L-Abba Nau jirrakonta l-istorja tat-tlett
ahwa li xtaqu jinghataw kollha kemm
huma
lil Alla. "Wiehed ghazel li jfittex
is-sliem fost dawk li jitqabdu, skond
il-Kelma
'Henjin dawk li jgibu l-paci'. L-iehor
ghazel
li jghaddi hajtu jzur il-morda, filwaqt
li
t-tielet wiehed mar ifittex l-ghaqda
ma'
Alla fis-solitudini. L-ewwel wiehed
kien
jithabat hafna halli jgib is-sliem
fost dawk
li jiggieldu izda mhux dejjem kien
jirnexxielu.
Beda' jaqta' qalbu u ghalhekk mar ghand
dak
li kien jservi lill-morda u sabu ukoll
qalbu
maqtugha. Ftehmu mela li jmorru ghand
huhom
l-iehor biex jitolbuh parir. Wara li
qaghad
jismaghhom, dan qam u mar igib fliskatur
mimli ilma. 'Harsu lejn l'ilma'. Kien
imcaqlaq.
Wara l-ilma ikkwieta, qalilhom mill-gdid
biex iharsu fil-fliskatur. Harsu u
raw wicchom
qisu f'mera. Il-patri ikkonkluda. Min
jghix
qalb il-bnedmin hu dejjem agitat u
ma jarax
lilu nnifsu, meta wiehed ifittex l-ghaqda
ma' Alla, kollox jikkalma u jibda jara
n-nuqqasijiet
tieghu!" Is-skiet jwassalna ghall-verita!
Mhux biss skiet, imma anke perseveranza.
Qies tat-talb hu li ma jkollokx qies. Ma
tistghax tirriskja li tibda u tieqaf. Trid
tkompli. Wiehed anzjan kien jirrakonta l-istorja
ta' dak il-bidwi li biex jevita lill-uliedu
milli jkunu traskurati qalilhom is-'sigriet'
tieghu. "Hemm jum - qalilhom - li meta
tizra' fih, issiru sinjuri! Imma minhabba
x-xjuhija insejt liema hi dik il-gurnata.
Ghalhekk ahdmu dejjem li ma jmurx li l-jum
li tibqghu gewwa u ma tahdmux, ikun dak il-jum
li fih ssiru sinjuri!" U kien itemm
billi jghid "Hekk ukoll intom tridu
tahdmu u titolbu bla mistrieh halli tidhlu
fit-Triq tal-Hajja." (32)
Imma l-qofol ta' kollox hu l-attegjament
umli. Ma nistghux nersqu lejn Alla bi pretensjoni.
L-Abba Evarija kien jghid "Il-bidu tas-salvazzjoni
hu tikkundanna lilek innifsek." (33)
U Gwanni n-Nanu kien dejjem isostni li "l-umilta'
hija l-bieb ta' Alla, u misssirijietna dahlu
ferhana fil-belt ta' Alla wara li ghaddew
minn hafna umiljazjonijiet." (34) Kien
jghid ukoll "l-umilta' u l-biza' ta'
Alla jghelbu kull virtu'." (35)
"Ghaddejna hajjietna qalb il-patrijiet
u ghadna ma sirniex patrijiet." (36)
Wiehed mill-ahwa irrimarka lill-Abba Sisoes,
"Qed nara li t-tifkira ta' Alla baqghet
mieghi." Imma dan wiegbu "Mhiex
haga kbira li mohhok baqa' bil-hsieb ta'
Alla; haga kbira li li tara lilek nnifsek
taht kull hlejqa ohra..." (37)
Ghall-nisrani, dan il-kliem ta' San Pawl
'qis lill-ohrajn ahjar minnek' (38) mhumiex
paroli bla sugu. Din hija l-konvinzjoni profonda
ta' kull qaddis fl-istorja. San Frangisk
kien jemmen li hu 'l-akbar midneb ta-dinja'
u meta staqsewh kif seta' jghid li t-tali
kriminal kien ahjar minnu, huwa wiegeb li
kieku dak il-kriminal ircieva l-grazzji li
ircieva huwa, dan kien ikun hafna aktar grat
minnu! (39)
L-istess Santa Terezina meta xahrejn wara
li dahlet fil-Monasteru tal-Karmelitani Skalzi
ta' Lisieux, l-konfessur qallilha "Rodd
hajr lil Alla ta' dak kollu li jaghmel mieghek,
ghaliex jekk ihallik, minflok ma' tkun anglu
zghir ssir demonju zghir!" U hija tikteb,
"Ma batejtx hafna biex nemmnu dan, kont
naf sa liema qies jiena dghajfa u imperfetta,
imma r-radd il-hajr imlieli qalbi..."
(40)
U malli tibda tikkundanna lilek innifsek,
tieqaf tikkundanna lill-ohrajn. U tibda
tahseb
tajjeb fuq l-ohrajn. Tibda' thobb!
Dan hu l-frott veru tat-talb awtentiku. Fil-gabra
latina tal-apoftegmi, naqraw, "Wiehed
mill-patrijiet qal, 'Kull tahbit bla umilta'
hu kollu ghal xejn. L-umilta' hija l-prekursur
tal-karita' bhalma Gwanni l-Battista kien
l-prekursur ta' Kristu u kien jigbed lil
kulhadd lejH. Hekk l-umilta' twassal ghall-karita',
jigifieri lejn Alla stess, ghaliex Alla hu
Imhabba." (41)
Dan kollu juri kemm it-talb hu marbut mal-hajja.
"Jekk wiehed izomm mibgheda kontra huh,
isir qisu mahkum minn velenu u jibqa' dejjem
marbut mad-dnub. It-talba tieghu ssir sahta
u t-tahbit tieghu kollu ma jkunx accettat,
ukoll jekk ixerred demmu ghal Kristu!"
(42) "Ragel li jitghlalu malajr, ukoll
jekk iqajjem il-mejtin, mhuhiex accettat
min Alla", kien ghid l-Abba Agatone.
(43)
L-Abba Serapjon darba iltaqa' ma' wiehed
fqir li kien qieghed iterter bil-bard.
Qal
bejnu u bejn ruhu, "kif jiena
li jien
patri u ghandi libsa fuqi filwaqt li
hija
li hu Kristu qed imut bil-kesha? Jiena
cert
li jekk inhallih imut, fl-ahhar jum
nigi
ggudikat bhala qattiel!" Ghalhekk
neza'
t-tunika li kellu fuqu 'bhal atleta
qalbieni'
u ta l-libsa tieghu lill-fqir. Qaghad
bilqeghda
bil-Vangelu zghir li dejjem kien igorr
mieghu
f'idejh. Ghadda ghassies u meta rah
gharwien
staqsieh, "Abba Serapjon, min
nezzghek?"
Il-patri urieh il-Vangelu u qallu,
"Dan
nezzghani!"
Huwa u sejjer lura lejn il-desert, iltaqa'
ma' wiehed li kien se jigi arrestat ghax
ma kienx hallas xi dejn li kellu, ghax ma
kellux flus. Serapjon biegh il-Vangelu u
hallas d-dejn ta' dak ir-ragel. Mar lura
c-cella gharwien ghal kollox. Meta d-dixxiplu
rah bla hwejjeg, kollu skantat, staqsieh,
"Abba, fejn hi l-libsa tieghek?"
L-anzjan qallu "Ibni, bghadtha hemm
fejn kien hemm bzonnha!" Id-dixxiplu
imbaghad staqsieh, "U l-Vangelu, fejn
qieghed?" L-Abba wiegbu, "Tassew
nghidlek, ibni, bghedt dak li kuljum kien
jghidli, 'Mur biegh dak li ghandek u aghtih
lill-fqar'. (44) Tajt kollox halli jkolli
aktar tama meta nidher quddiemU f'jum il-haqq!"
(45)
Dan hu l-frott tat-talb - l-biza' ta'
Alla
u imhabba radikali lejn l-ohrajn.
1. Mortari, L., (ed) I Padri del Deserto
- Detti, Citta Nuova Editrice, Roma 1980,
pp. 384, n.32
2. Idem, pp. 237, n.2
3. Everghetinos, P., Raccolta di parole e
insegnamenti dei santi padri, IV, 6, Atene
1966, p. 247.
4. Mortari, L, pp. 338, n.30.
5. Idem, pp.357, n.12
6. Anzi, huma jaraw il-mard bhala l-inzijattiva
ta' Alla halli jnezzghana mis-suppervja goffa
taghna : din hija 'l-axxezi l-kbira'. Il-mard
huwa mezz effikaci sabiex izommilna l-brakes
fuq l-gibdiet tad-dnub. Sinkletika, wahda
mill-amma tad-dezert, tghid hekk : "Meta
l-mard ifixkilna milli nghixu l-hajja normali
taghna, ma ghandniex ghalfejn insewdu qalbna,
ukoll jekk minhabba l-mard u t-telqa tal-gisem,
ma ghandhiex s-sahha biex nghidu s-salmi
b'fommna. Dan kollu jigrilna sabiex nissaffaw
mill-passjonijiet. Ahna nsumu u norqdu fl-art
halli nikumbattu ahjar l-passjonijiet taghna.
Issa jekk il-mard ga iffjakka l-passjonijiet,
mela ma hemmx ghalfejn insumu. Din hija l-axxesi
l-kbira : nibqghu sodi fil-mard u nghollu
lill Alla innijiet ta' radd il-hajr."
Dan fehmuh tant tajjeb li nsibu rhieb jitolbu
halli jimirdu ghaliex esperimentaw li meta
kienu b'sahhithom kienu distratti u laxki
wisq!
7. I Tess 5,17
8. Cremaschi, L., Detti Inediti dei Padri
Del Deserto, Qiqajon Bose 1986, p. 76.
9. Mortari, L., pp.239, n.6
10. Augustinus Hippo, Epistula 130, 9, 18-10
: Corpus Scriptorum Ecclesiasticorum Latinorum
44, 60-63
11. Mortari, L., p 219, n. 1b
12.Idem, p. 221, n5.
13.Idem, p. 221, n.7
14.Idem, p. 222, n.12
15. Idem, p. 229, n. 31.
16. Idem, p. 228, n. 27.
17. Idem, p. 230, n.35. Abba Iperekju.
18. Cremaschi, L, p. 212. n.535.
19.Idem, p. 170, n.420.
20. Idem, p.137, n.56
21. Vita Antonii, 3,77 (PG 26,844).
22 Praecepta 139 (ed A. Boon, Pachomiana
Latina, p.50)
23. Ara : Amelineau, E., Apophtegmes traduits
du copte, Annales du Musee Guimet, Paris
1894, p. 39.
24. Filippini 2:10
25. Cremaschi, L., p.242,n.592/43.
26. Gwanni Klimaku, Scala Paradisi 82 (Patrologia
Graecae 88, 1132 AB)
27. Ara Il-Mixja tal-Pellegrin, Dahla u Noti
ta' Patri Piju Sammut, Terezjan. KQN 1993.
Dan hu ktieb klassiku ta' l-Ispirtwalita
tal-Knisja Ortodossa. Nirrikmandah.
28. Mortari, L, p. 349, n. 37. Ara wkoll
p. 240, n.9/
29.Cremaschi, L., p.283 n. 617.
30. Idem p. 187, n. 462.
31. Mortari, L., p. 71 n. 7.
32. Idem, p.165 n. 407
33. Evagriju, Capita paraentica 1, Patrologiae
Graecae 79, 1249c
34. Mortari, L., p. 272, n.22
35. L-istess
36. Cremaschi, L. p. 158, n, 373
37. Idem p 283, n.47
38. Filippini, 2,3
39. Bonaventura, Vita di San Francesco, VI,
3,6, pp. 79,83, Citta Nuova 1973.
40. Teresa ta' Gesu Bambin, MA 196, Gli Scritti
a cura della Post. Generale OCD Roma, 1970,
p. 194.
41. Patrologia Latina 73, 1036 D
42. Cremaschi, L., p. 231 n. 590
43. Mortari, L., p.179, n.13.
44. Mt 19,21
45. Cremaschi, L., p 222, n.566
BIBLIOGRAFIJA
Mortari, L., (ed) I Padri del Deserto
- Detti,
Citta Nuova Editrice, Roma 1980
Cremaschi, L., (ed) Detti Inediti dei
Padri
Del Deserto, Qiqajon Bose 1986
Ward, B., (ed) The Sayings of the Desert
Fathers, Michigan 1975
Ward, B., (ed) The Wisdom of the Desert
Fathers,
SLG Oxford 1986
(c) Fr. Pius Sammut, OCD. Permission
is
hereby granted for any non-commercial
use,
provided that the content is unaltered
from
its original state, if this copyright
notice
is included.
|