Imbierka Mis-Salib (In Maltese)

“Ghanja fil-gherf u fil-kuragg!” Dawn kienu l-kliem li uza Papa Gwanni Pawlu II biex jaghti definizzjoni ta’ Edith Stein – is-soru Terezjana li giet maqtula fil-kamp tal-koncentrament f’Auschwitz fl-ahhar gwerra dinjija u li l-Hadd 11 ta’ Ottubru se tigi kanonizzata fil-Pjazz ta’ San Pietru.

Min hi din il-mara? X’inhu s-sigriet taghha? Kif tista’ tghina halli nghixu hajja isbah?

Hajja f’familja Lhudija

Edith Stein twieldet fil-1891 gewwa familja Lhudija li kienu ghadhom kemm emigraw minn Lublinitz, l-Polonja minhabba x-xoghol. Siegfried Stein kien jinnegozja fl-injam. Dak in-nhar li twieldet kien Jum It-Tpattija – il-Jum li fih l-Lhud jiccelebraw festa importanti : Alla jsaffi l-poplu tieghu mid-dnubiet kollha u bhala sinjal ta’ dan, bodbod jigi offrut lill-Jahweh u bodbod iehor jigi mitluq fid-dezert wara li l-Qassis ikun stqarr fuqu l-hazen kollu ta’ ulied Izrael. Interessanti!

L-ugiegh deher kmieni fil-hajja taghha. Missierha miet meta hija kellha sena u nofs minhabba xemxata li ha fuq ix-xoghol. Ommha hadet f’idha x-xoghol tar-ragel. Edith, iz-zghira minn sitta hajjin, kellha karattru difficli. Rasha iebsa jekk ma tghaddix taghha kienet taghmel xenati kbar. Kienet ukoll brava hafna, tant li kienet tixrobhom il-kotba. Minn mindu kienet ckejkna, kienet tip li trid tifli kollox u ma toqghodtx kwieta qabel ma tasal ghall-gheruq tal-affarijiet.

Ghalkemm l-ambjent tal-familja kien religjuz hafna, u ommha kienet mara devota, meta kellha tlettax il-sena Edith hasset li ma ghandhiex titlob aktar ghax ma baqghetx temmen f’Alla. Baqghet hekk ghal aktar minn tmien snin.

Intant l-iskola kienet sejra tajjeb hafna. Ta’ dsatax il-sena, dahlet fl-Universita tal-belt fejn kienet tghix – Breslau. Minn hemm ghaddiet ghall-Università ta’ Göttingen. Mill-psikologija ghaddiet ghall-filosofija. Kienet wahda mill-ftit nisa li kienu jmorru l-Università dak iz-zmien. Hawnhekk iltaqghet ma’ Edmund Husserl, filosofu importanti tal-bidu tas-seklu. Dan Husserl kien beda moviment shih ta’ hsieb li kien jinsisti fuq il-fatt li jezistu veritajiet oggettivi. Fil-hajja mhux taghmel dak li trid u dak li joghgbok, bhallikieku l-kriterju li jmexxini hu l-pjacir jew mohhi, imma hemm verità akbar u barra minni, li tiddetermina l-moralita tal-haga fiha nnifisha. Edith hassitha f’postha f’dan l-ambjent. Kellha mohh filosofiku u analitku qawwi. “It-tfittxija tas-sewwa hi l-passjoni wahdanija tieghi! ”

Hawnhekk tiltaqa’ mal-Professur Max Scheler. Lhudi li ikonverta ghall-Knisja Kattolika, dan ibbaza l-filosofja kollha tieghu fuq il-fidi. Hija l-fidi fi Kristu li tghamilna bnedmin. Dan ir-ragunament ixxokja lil Edith li kienet ghadha thoss lil Alla l-boghod mis-sistema mentali taghha. “Nies li kont nghamilha maghhom ta’ kuljum, nies li jiena kont nammira, kienu qed jghixu f’din id-dinja gdida…”

Intant fil-1914 faqqet l-ewwel gwerra dinjija. Flimkien ma’ xi whud minn shabha, Edith marret tghin bhala nurse tar-Red Cross gewwa sptar fl-Austrija. Ommha qaltilha car u tond li ma ridithiex tmur “ghaliex dawn is-suldati mhux biss huma morda imma huma mimlija qamel.” Edith ddecidiet : “Mela immur bla permess tieghek!” Rieda ta’ l-azzar li ma tinzel ghal ebda kompromess fejn tara car…

Imhabba b’Imhabba

Fil-1917 tmur wara l-professur ‘taghha’ Husserl fl-università ta’ Freiburg. Mhux talli hekk, talli dan Husserl impressjonat bl-intelligenza taghha u bil-karattru taghha (“Kollox fiha hu veru” stqarr darba ma’ siehbu) jahtarha assitenta tieghu. Intant iggib id-dottotat fil-filosofija bit-tezi taghha fuq l-mod kif ahna nhossu l-ugiegh ta’ l-iehor – “The Problem Of Empathy”.

L-istess sena imut fil-gwerra, il-habib taghha Adolf Reinach. Meta hija marret biex tirranga u tigbor il-karti ta’ dan l-professur assistent maghha, baqghet imbelha bl-attegjament seren tal-mara zghazugha tieghu, Anna. Stenniet li se ssib mara rassenjata u mfarrka. Issib mara mimlija tama fis-setgha tas-Salib : “dan ifejjaq u jaghti l-hajja lil kulhadd.” Dan kien l-ewwel xaqq serju fil-sur tan-nuqqas ta’ fidi taghha.

Erba’ snin wara dan is-sur iggarraf ghal-kollox. Kienet ghand il-hbieb taghha Theodor u Hedwig Conrad-Martius. Dawn hargu ghal-lejl u hija u tqalleb il-kotba li kellhom fl-istudju taghha, qabdet il-Ktieb tal-Hajja miktub minn Santa Tereza ta’ Gesù. Baqghet imsammra. Kompliet taqra sa’ sbih il-jum. Malli spiccatu, stqarret : “Din hi l-verità!” Fl-ahhar sabet dak li kienet ilha s-snin tfittex…

Hames xhur wara, fl-ewwel tas-sena 1922, Edith tghammdet fil-Knisja ta’ San Martin gewwa Bergzabern. Ghazlet Tereza bhala isimha l-gdid! Kellha tletin sena. Malli ommha saret taf, infaqghet tibki. “Ma rrid nghid xejn kontra tieghu (Gesù),” qaltilha. “Forsi kien ragel tajjeb. Imma ghaliex ghamel lilu nnifsu Alla?!” Edith kellha tghix il-fidi taghha wahedha. Wahda biss minn hutha, Rosa, aktar tard saret nisranija.

Hafna minna jsibu s-sodda mifruxa. Jitwieldu u jikbru insara bla ma qatt japprezzaw dak li ghandhom. Edith kellha tfittex. Fittxet u sabet. X’sabet? Sabet li Alla biss jaghti sens lill-hajja. Sabet f’Gesu Kristu xi hadd li jista’ jimla’ l-qalb. Tant li mill-ewwel wara l-maghmudija xtaqet tidhol soru tal-klawsura. Meta tkun sibt tezor, tkun tixtieq tghozzu!

Imma d-direttur taghha, il-Kanonku Schwind, ta parir li ahjar l-ewwel issir midhla sewwa tal-hajja nisranija. Bdiet tghallem f’kullegg tal-bniet gewwa Speyer u fl-istess hin taqleb ghal-Germaniz ix-xoghlijiet tal-Kardinal Newman u tal-Patri Teologu Dumnikan San Tumas ta’ Akwinu. Kompliet tikteb ukoll, u saret midhla sewwa tal-problematika tal-mara. Il-mara, kienet tirraguna Edith, ghandha vokazjoni differenti minn dik tar-ragel. Hi mibnija halli tkun omm, vergni u siehba. Ghalhekk l-edukazzjoni tal-bniet ghandha tkun differenti, aktar taqbel mal-kwalitajiet distinti tal-mara. L-istess fuq ix-xoghol. Il-mara ghandha tghix hajjitha ta’ mara li hi. Il-mara taghder aktar u thoss aktar. Kelma qawwija hafna anke illum fejn insibu kultura shiha li trid taghmel mill-mara ragel, kultura li dahlet il-mewt fil-guf tal-omm.

Bdiet tircievi hafna inviti halli titkellem f’diversi lagqhat u seminars. Il-mod profond u originali kif kienet tipprezenta l-vokazzjoni tal-mara nisranija fis-socjetà kontemporanja kien jimpressjona. Sabet ruhha titkellem f’hafna ibliet l-Germanja, l-Austrija u l-iSvizzera.

Tahdita Bil-Lejl

Fil-1933 Adolf Hitler lahaq Kancillier tal-Germanja. Il-persekuzjoni, l-ewwel fina u mohbija u imbaghad kattiva u miftuha kontra l-Lhud issa qabdet ritmu aktar sfrenat. Il-bibien kollha bdew jinghalqu ghall-Edith. Ghalkemm ixxukjata u mugugha hafna minhabba din is-sitwazzjoni politika, Edith rat f’dan ukoll l-id providenzjali ta’ Alla. Indunat li Alla qed isejhilha halli bhal Regina Ester tirriskja hajjitha ghal-gensha. Indunat ukoll li issa tista’ twettaq il-holma li kienet ilha ggor hdax il-sena. Issa setghet tidhol Soru Terezjana.

Il-hajja gdida taghha fil-Karmelu ta’ Kolonja, l-Germanja kienet tahlita ta’ ferh u taqbida. Ferh … “xi mindaqqiet tant kienet tidhak bil-qalb, li d-dmugh kien jinzel minn ghajnejha.” Taqbida ghaliex ma’ kienet imdorrija issajjar, tnaddaf u tahsel! Mhux facli tibdel l-orjentament ta’ hajtek ta’ erbghin sena.

Imma kienet kuntenta. Il-provincjal talabha tkompli tikteb. U hija hekk ghamlet. Interessanti ghal min ‘ghandu ghajnejn biex jara’ hu l-fatt li l-ahhar ktieb taghha jismu : Ix-Xjenza tas-Salib. Studju fuq San Gwann tas-Salib. Is-salib hu l-alfabet tan-nisrani. Hu biss jghamlek nies. Fil-vestizzjoni hadet l-isem ta’ Swor Tereza Benedetta tas-Salib jew Swor Tereza Imbierka mis-Salib.

Il-Germanja kompliet sejra fil-programm taghha li tohloq it-tielet saltna. F’dan ir-Reich ma kienx hemm post ghal-Lhud u ghad-dghajfa. Il-Lhud bdew jigu deportati, hwienet maghluqa, drittijiet michuda. Biex tevita hafna inkwiet lis-sorijiet shabha, fil-bidu tas-sena 1938, xi hbieb tal-kunvent hadu bil-karozza bil-lejl lil Swor Tereza Benedetta gewwa l-Olanda, fil-Monasteru ta’ Echt. “Kienet firda iebsa ghal-kulhadd”.

Ma haditx hafna zmien halli tidra. Sorijiet godda, spirtu gdid, ambjent ta’ hajja gdid. “Dak li qeghdli s-salib fuq dirghajja irnexxielu jghamilhuli hafif u helu!”

It-Tieg tal-Haruf

Imma l-qarnita tan-Nazi ma damitx ma’ ppenetrat gewwa l-Olanda wkoll. U anke hawnhekk bdiet ‘it-tisfija’. Swor Tereza Benedetta aktar bdiet thoss l-urgenza li toffri lilha nnifisha lil Qalb ta’ Gesù bhala tpattja b’risq paci vera. San Pawl kien qal li n-nisrani huwa msejjah “halli jtemm f’gismu dak li jonqos mit-tbatijiet ta’ Kristu ghall-gisem tieghu li hu l-Knisja.” Din is-soru Lhudija hasset li din hi l-vokazzjoni taghha. Vokazzjoni ta’ mhabba.

Id-daqqa tal-mannara waslet malajr. F’Lulju 1942 fil-knejjes kollha kattolici inqrat Ittra Pastorali miktuba mill-Isqfijet fejn ikkundannaw l-mod barbaru li bih kienu qed jigu ttrattati l-Lhud. Il-Reichskommissar Seyss-Inquart mill-ewwel irritalja. Il-Kattolici-Lhud kollha jridu jigu deportati fi zmien gimgha.

Kien il-Hadd. Filghaxija. Is-sorijiet Terezjani kienu qed jaghmlu s-siegha meditazzjoni li jaghmlu dejjem. Waslu l-SS u arrestaw lil Swor Tereza Benedetta u lill-ohtha Rosa. “Ejja mmorru ghall-gensna!” kienu l-ahhar kliem li qalet fil-Karmelu. Minn hemm tefughhom fuq vagun li s-soltu kienu jgorru l-annimali. Seba’ t’ijiem wara waslu kollha Auschwitz gewwa l-Polonja.

Kien filghodu kmieni. Dawk li kienu ghadhom b’sahhithom warbuhom ghax-xoghol iebes u esperimenti tal-medicina. Dawk li kienu dghajfa u morda gaghluhom jinzghu, tawhom hwejjeg ohra u mexxuhom mill-ewwel ghall-gharajjex specjali li kienu mimlijin pajpijiet tal-gas. L-ahhar xena li rat din is-soru kien l-ugiegh. Mietet iggasjata. Gisimha gie mormi f’fossa komuni!

Kellha hamsin sena. Fl-ahhar setghet tgawdi “l-Haruf” li tant habbha.


 

(c) Fr. Pius Sammut, OCD. Permission is hereby granted for any non-commercial use, provided that the content is unaltered from its original state, if this copyright notice is included.