L-ahhar granet ta’ Edith Stein (in Maltese)

“Id-dinja qeghda taqbad. Il-glieda bejn Kristu u

l-Anti-Kristu qed isehh issa fil-berah! Jekk inti taghzel il-Kristu, din l-ghazla tista’ tiswielek hajtek!” Kliem retoriku bla ebda valur prattiku? Illuzjoni poetika ta’ min ma ghandux x’jaghmel?

Le, dan il-kliem kitbitu mara li kienet qed tara gwerra ingusta qed tfaqqa quddiem ghajnejja. Kitbitu mara li ghax ghazlet lil Kristu tassew giet maqtula! Kien jisimha Edith Stein. Nhar il-Hadd 11 ta’ Ottubru l-Papa Gwanni Pawlu II se jiddikjara lil din is-soru Terezjana qaddisa ghall-Knisja kollha.

Edith Stein hija rigal

Twieldet gewwa familja Lhudija. Missierha miet meta kellha sena u nofs. Ta’ tlettax il-sena halliet il-fidi – hasset li Alla mhux kapaci jaghti twegiba serja ghall-problemi tal-bniedem.

Ta’ hamsa u ghoxrin sena kienet ga lahqet il-quccata akkademika – il-Professur Edmund Husserl, il-‘missier’ tal-filosofija hekk msejha fenomenologika, hatarha bhala assistenta tieghu.

Berqa fil-bnazzi intelletwali taghha kien l-attegjament seren ta’ l-armla Anna Reinach quddiem il-mewt bikrija ta’ zewgha fl-Ewwel Gwerra. “Din kienet l-ewwel laqgha tieghi mas-Salib u s-setgha li Alla jaghti lis-Salib lil min igorru.” Gie f’idha l-Awtobijografija ta’ Santa Tereza ta’ Gesù. Sammritha! Il-pregudizzji kollha taghha waqghu. Hames xhur wara tghammdet fil-Knisja Kattolika. Kellha tletin sena. “Kienet ferhana qisha tifla zghira. Tassew sabiha.”

Bdiet tghallem fi skola sekondarja tal-bniet gewwa Speyer. Din il-hidma fl’edukazzjoni fethilha l-orizzonti fuq l-problematika tal-mara moderna. Giet mitluba tati lectures fuq il-vokazzjoni u l-missjoni tal-mara fid-dinja ta’ illum gewwa l-Germanja, l-Austria u l-Svizzera. Kellha vizjoni tassew moderna u gdida.

Edith Stein hija talba

Imma “l-Anti-Krist” Nazista kien ga beda jhaddem l-ingranagg djaboliku tieghu. Bdew il-ligijiet kontra l-Lhud. Ir-razza Arjana trid tigi msaffija minn kull dell ikrah! Il-bibieb kollha inghalqu ghall-Edith. Dan swielha hafna ugiegh. Imma fl-istess hin, il-vizjoni tal-fidi tatha dimensjoni ohra. Rat l-id providenzjali ta’ Alla tahdem.

Fl-ahhar setghet taghmel il-pass li dejjem xtaqet taghmel. Setghet tidhol Soru tal-klawsura mal-Karmelitani Skalzi. Il-familja kollha taghha, l-aktar ommha, baqghu ixxukjati u irrabjati b’din id-decizjoni taghha. Rawha bhala tradiment. Kellha tghix f’gisimha dak li jghid l-Imghallem, “min ma jobghodtx lill-missieru, lill-ommu…”

Ta’ erbghin sena dahlet soru Terezjana fil-Monasteru ta’ Kolonja, Germanja. Hadet l-isem ta’ Swor Tereza Benedetta tas-Salib. “Tassew nemmen li Alla accetta hajti bhala offerta ghal kulhadd. Hu importanti ghalija li nzomm lil Regina Ester quddiem ghajnejja u niftakar kif hi giet mifruda mill-poplu taghha sewwasew biex tkun tista’ tintercedi ghalihom quddiem is-sultan. Naf li jiena mhiniex hlief Ester zghira, fqira u bla siwi, imma il-fatt li s-Sultan li ghazilni hu hniena u tjubija bla tarf ifarragni.”

Fil-bidu tas-sena 1939 ikollha tahrab lejn l-monasteru ta’ Echt, l-Olanda biex tifranka hafna inkwiet lis-sorijiet. Il-oppressjoni Nazista kienet qed tihrax sewwa. Fl-ahhar splodiet.

Il-Hadd 26 ta’ Lulju 1942, fil-Knejjes kollha kattolici inqrat ittra pastorali miktuba mill-Isqfijiet ta’ l-Olanda fejn ddeploraw bl-ahrax il-ligijiet kontra l-Lhud f’pajjizhom. Dawn kienu qed jigu trattati bhal bhejjem. L-isqfijiet Kattolici qalu : Bizzejjed!

Ir-Reich Commissar wiegeb mill-ewwel b’mod drastiku. Billi beza’ johodha kontra l-gerarkija Kattolika, hadha kontra s-seba’ mitt Lhud Kattoliku li kien hemm l-Olanda. Kollha ghandhom jigu deporati minnufih. Ebda’ talba ta’ hniena ma ghandha lanqas biss tigi meqjusa!

Is-sorijiet tal-monasteru ta’ Echt ma indunawx mill-ewwel bil-gravita tal-qaghda taghhom. L-Isqof assigurahom li mhu se jigri xejn. Dik il-gimgha stess, Swor Teresa Benedetta kienet qed tikteb lis-sorijiet taghha ta’ Kolonja fuq il-possibiltà li tmur Svizzera ma’ ohtha.

Edith Stein hija weghda

Imma il-bidu tat-tmiem kien wasal ghal Edith. Ezatt gimgha wara li nqrat din l-Ittra pastorali fil-Knejjes Kattolici, l-SS ghamlu raid fejn arrestaw l-Lhud Kattolici kollha ta’ l-Olanda. ‘Ulied id-dlam’ jafu jkunu efficjenti hafna.

Kien il-Hadd 2 ta’ Awissu 1942. Swor Tereza Benedetta kompliet tahdem fuq l-istudju li kienet qed taghmel fuq San Gwann tas-Salib – Ix-Xjenza tas-Salib. Il-hamsa ta’ wara nofs in-nhar. Is-sorijiet kienu ghadhom kif bdew s-siegha meditazzjoni li jaghmlu kull filghaxija. Kien imiss lil Swor Tereza Benedetta taqra’ ftit riflessjonijiet qabel ma jibdew, halli torjenta lis-sorijiet fit-talb taghhom. Waslu zewg ufficjali tal-SS. Riedu jkellmu l-Madre. Billi din hasbet li kienet xi haga li ghandha x’taqsam mal-emigrazzjoni ta’ Swor Tereza Benedetta ghall-Isvizzera, bghatet lil din is-soru halli tkellimhom. Malli l-ufficjali ndunaw li kienet il-persuna li riedu, tawha hames minuti halli tigbor xi affarijiet u tigi maghhom. Fil-kunvent qam ghagha shih. Edith ghall-bidu baqghet ixxukjata. Issumat. Imbaghad sellmet lis-sorijiet, talbithom jitolbu ghaliha u harget mill-klawsura.

Ohtha Rosa kienet qed tistennieha fil-grada tal-kunvent. Kienet imhawwda hafna. Xi nies ingabru fit-triq, kollha rabbja ghal din l-ahhar vjolazzjoni. Edith qabdet lill-ohtha minn idha u qaltilha : “Ejja, Rosa. Ejja immorru ghall-gensna.” Kien hemm karozza tistenniehom li hadithom mill-ewwel fil-ghassa tal-pulizija ta’ Roermond. Minn hemm haduhom fil-kamp centrali ta’ Amersfoort. Kien tard bil-lejl meta waslu.

Il-ghada kienet gurnata twila hafna ghall-prigunieri kollha. Hafna min-nisa kienu taht xokk hekk qawwi li kienu qishom paralizzati. Fosthom kien hemm mat-tlett mitt Kattoliku Lhudi hemmhekk. Hmistax kienu patrijiet jew sorijiet. Qalu r-ruzarju u l-Ufficju Divin flimkien. “Din is-soru kellha effett sabih fuq kulhadd – isserhek u tghamillek l-kuragg.”

Bil-lejl, elf u mitejn minnhom gew mgaghla jitilghu fuq tren li hadhom f’Westerbork, il-kamp centralita’ smistament fit-tramuntana tal-Olanda. “Hofra tal-infern” sejhilha wiehed mill-ftit li ma mietx. Malli waslu kellhom jghaddu sighat u sighat fi kju halli jirregistraw rwiehhom. Farsa tragika! Imbaghad kulhadd gie mqassam fi kwartieri seperati, mimlijin hmieg u bla arja – anke l-mizzewgin gew mifruda. Wiehed jista’ jimmagina l-ugiegh. Hafna ghamlu sighat shah jibku u jolfqu.

“Dak li kien differenti f’Edith Stein kien is-skiet taghha…. Donnha kienet qed igorr tant ugiegh li kien tqil ghaliha titbissem.” Hafna min-nisa tant waqghu d’dipressjoni li lanqas biss bdew jaghtu kaz ta’ uliedhom. “Edith Stein kienet qalb dawn in-nisa qisha anglu, tfarraghom, tghinhom u taghmlilhom l-kuragg…. Kienet tahsel it-tfal, tippetnalhom xaghrhom u tara li xi hadd kien qieghed jitmaghhom u jiehu hsibhom…”

Ghamlu tlett ijiem hemmhekk – mit-Tlieta sal-Gimgha filghodu kmieni. “Qatt ma bsart li n-nies jistghu jkunu hekk!” Meta xi hadd staqsieha jekk Alla hux qed jisma’ t-talb taghhom, hi wiegbet : “Iva, qieghed jisma’ l-karba taghna. Ma ghandi ebda dubbju minn dan.”

Zewgt irgiel gew mill-kunvent b’xi hwejjeg tax-xitwa u kutri. Bis-sahha tal-pulizija Olandiza irnexxielhom ikellmu lis-Swor Tereza Benedetta u lill-ohtha. Tkellmu fuq ix-xejn u fuq il-hafna. Iccajtaw u offrewlha sigarett, u hi wegibthom li fi zmien l-Università, gieli kienet tpejjep ukoll! Qaltilhom li kienu semghu li kienu sejrin jahdmu fil-minjieri fis-Silesja. “Nittama li nkompli noffri t-tbatijiet tieghi ghall-konverzjoni tal-ateji, ta’ shabi l-Lhud, tal-persekuturi Germanizi u ghal dawk kollha li ma ghandhomx l-imhabba ta’ Alla f’qalbhom..” Kienet baqghet liebsa ta’ Soru Terezjana. “Lesta ghal dak kollu li jista’ jigri,” tennitlhom. Ma tantx kellha illuzjonijiet.

Il-lejl bejn il-Hamis u l-Gimgha, qajmu lill-kulhadd biex jghajtu l-ismijiet ta’ dawk li kienu se jigu deportati. Kollha kemm huma … barra sitta! Ghalhekk, il-Gimgha filghodu, eluf ta’ rgiel, nisa u tfal bdew mexjin lejn it-tren taht l-ghajnejn tal-commandos SS li hadu l-post tal-pulizija tal-kamp.

Bdew l-ahhar vjagg, gewwa vagun li s-soltu kienu jgorru l-annimali fih fuq wara tat-tren! Kollha ppressati flimkien, hafna shana, xejn arja, ebda possibilta li tinqeda. L-umiljazzjoni. Fuq kollox it-tensjoni psikologika ta’ x’se jigri, fejn sejrin…. Waqfu fl-istazzjon ta’ Schifferstadt.

Fethu l-vagun ghall-arja. “Mara liebsa ilbies skur” kellmet lill-kap tal-stazzjon u talbitu jghaddilha t-tislijiet taghha lid-Dekan Schwind u l-familja tieghu. Waqfu wkoll Breslau – il-belt fejn twieldet u kibret. Il-propaganda Nazista kienet mibnija tant tajjeb li hafna mill-Germanizi u Olandizi lanqas ideja ma’ kellhom ta’ x’kien qed jigri!

Il-Gimgha jew is-Sibt filghodu waslu Auschwitz. Fuq il-grada ta’ barra sabu l-kliem solenni mnaqqax fuq il-hadid ‘Arbiet macht Frei – Ix-xoghol jghamlek hieles’ jilqaghhom. X’ironija! Malli waslugew selezzjonati mill-ewwel. Il-kriterju kien is-sahha fizika. Dawk li kienu jifilhu jahdmu fuq naha. L-ohrajn fuq in-naha l-ohra. Haduhom go sala kbira, talbuhom jinzghu u jdendlu hwejjighom sewwa. Tawhom sapuna halli jinhaslu. Kollox illuzjoni!

Imbaghad mexxewhom lejn il-kmamar tad-docca. Kmamar enormi bla twieqi b’pajpijiet fis-saqaf. Malli ghalqu l-bieb, xi ufficjali haltu l-kimika ‘Zykon BF’ li malajr xterdet bhala gas fuq dawk kollha li kienu msakkra hemm gew. Disa’ libri ta’ dan l-acidu kapaci joqtol trasport swiehed ta’ elf ruh. Dan il-velenu jipparalizzalek l-muskuli tal-pulmun u hekk tmut fgat.

Mhux l-ewwel darba li minn dawn il-kmamar tal-gass kienu jinstema’ l-kant ‘Shema Israel, Adonai …” hiereg minn dawn l-ikkundannati ghall-mewt bla htija.

Hekk mietet din is-soru. Wara kienu jigbru l-igsma u jarmuhom gewwa fossa komuni. Xhur wara li mietet Edith Stein, bnew fornijiet apposta biex jaharqu l-igsma…

Tintercedi ghalina

X’ghadda minn mohhha fl-ahhar sighat ta’ hajjitha meta sabet ruhha wicc imb’wicc ma’ tant kattiverja tal-bniedem? “Secretum meum mihi – is-sigriet huwa tieghi” kienet wiegbet bi tbissima lil wahda li darba talbitha x’inhu ghaddej minn qalbha. Sigriet tas-Sultan. Sigrieti tan-namrati.

Nafu biss li ma accettatx din il-mewt b’mod passiv. “Bil-qalb naccetta il-mewt li Alla jghazel ghalija. Nixtieq noghod f’kollox ghar-rieda qaddisa tieghU! Nitolbu biss li jaccetta t-tbatijiet u l-mewt tieghi ghall-gieh u s-sebh tieghU u ghal dak kollu li ghandha bzonn il-Knisja Mqaddsa.”

Il-Mulej sema’ t-talba taghha.


 

(c) Fr. Pius Sammut, OCD. Permission is hereby granted for any non-commercial use, provided that the content is unaltered from its original state, if this copyright notice is included.