Imbierka Mis-Salib


"Ghanja fil-gherf u fil-kuragg!" Dawn kienu l-kliem li uza Papa Gwanni Pawlu II biex jaghti definizzjoni ta' Edith Stein - is-soru Terezjana li giet maqtula fil-kamp tal-koncentrament f'Auschwitz fl-ahhar gwerra dinjija u li l-Hadd 11 ta' Ottubru se tigi kanonizzata fil-Pjazz ta' San Pietru.


Min hi din il-mara? X'inhu s-sigriet taghha? Kif tista' tghina halli nghixu hajja isbah?

Hajja f'familja Lhudija

Edith Stein twieldet fil-1891 gewwa familja Lhudija li kienu ghadhom kemm emigraw minn Lublinitz, l-Polonja minhabba x-xoghol. Siegfried Stein kien jinnegozja fl-injam. Dak in-nhar li twieldet kien Jum It-Tpattija - il-Jum li fih l-Lhud jiccelebraw festa importanti : Alla jsaffi l-poplu tieghu mid-dnubiet kollha u bhala sinjal ta' dan, bodbod jigi offrut lill-Jahweh u bodbod iehor jigi mitluq fid-dezert wara li l-Qassis ikun stqarr fuqu l-hazen kollu ta' ulied Izrael. Interessanti!

L-ugiegh deher kmieni fil-hajja taghha. Missierha miet meta hija kellha sena u nofs minhabba xemxata li ha fuq ix-xoghol. Ommha hadet f'idha x-xoghol tar-ragel. Edith, iz-zghira minn sitta hajjin, kellha karattru difficli. Rasha iebsa jekk ma tghaddix taghha kienet taghmel xenati kbar. Kienet ukoll brava hafna, tant li kienet tixrobhom il-kotba. Minn mindu kienet ckejkna, kienet tip li trid tifli kollox u ma toqghodtx kwieta qabel ma tasal ghall-gheruq tal-affarijiet.

Ghalkemm l-ambjent tal-familja kien religjuz hafna, u ommha kienet mara devota, meta kellha tlettax il-sena Edith hasset li ma ghandhiex titlob aktar ghax ma baqghetx temmen f'Alla. Baqghet hekk ghal aktar minn tmien snin.

Intant l-iskola kienet sejra tajjeb hafna. Ta' dsatax il-sena, dahlet fl-Universita tal-belt fejn kienet tghix - Breslau. Minn hemm ghaddiet ghall-UniversitÓ ta' G÷ttingen. Mill-psikologija ghaddiet ghall-filosofija. Kienet wahda mill-ftit nisa li kienu jmorru l-UniversitÓ dak iz-zmien. Hawnhekk iltaqghet ma' Edmund Husserl, filosofu importanti tal-bidu tas-seklu. Dan Husserl kien beda moviment shih ta' hsieb li kien jinsisti fuq il-fatt li jezistu veritajiet oggettivi. Fil-hajja mhux taghmel dak li trid u dak li joghgbok, bhallikieku l-kriterju li jmexxini hu l-pjacir jew mohhi, imma hemm veritÓ akbar u barra minni, li tiddetermina l-moralita tal-haga fiha nnifisha. Edith hassitha f'postha f'dan l-ambjent. Kellha mohh filosofiku u analitku qawwi. "It-tfittxija tas-sewwa hi l-passjoni wahdanija tieghi! "

Hawnhekk tiltaqa' mal-Professur Max Scheler. Lhudi li ikonverta ghall-Knisja Kattolika, dan ibbaza l-filosofja kollha tieghu fuq il-fidi. Hija l-fidi fi Kristu li tghamilna bnedmin. Dan ir-ragunament ixxokja lil Edith li kienet ghadha thoss lil Alla l-boghod mis-sistema mentali taghha. "Nies li kont nghamilha maghhom ta' kuljum, nies li jiena kont nammira, kienu qed jghixu f'din id-dinja gdida..."

Intant fil-1914 faqqet l-ewwel gwerra dinjija. Flimkien ma' xi whud minn shabha, Edith marret tghin bhala nurse tar-Red Cross gewwa sptar fl-Austrija. Ommha qaltilha car u tond li ma ridithiex tmur "ghaliex dawn is-suldati mhux biss huma morda imma huma mimlija qamel." Edith ddecidiet : "Mela immur bla permess tieghek!" Rieda ta' l-azzar li ma tinzel ghal ebda kompromess fejn tara car...

Imhabba b'Imhabba

Fil-1917 tmur wara l-professur 'taghha' Husserl fl-universitÓ ta' Freiburg. Mhux talli hekk, talli dan Husserl impressjonat bl-intelligenza taghha u bil-karattru taghha ("Kollox fiha hu veru" stqarr darba ma' siehbu) jahtarha assitenta tieghu. Intant iggib id-dottotat fil-filosofija bit-tezi taghha fuq l-mod kif ahna nhossu l-ugiegh ta' l-iehor - "The Problem Of Empathy".

L-istess sena imut fil-gwerra, il-habib taghha Adolf Reinach. Meta hija marret biex tirranga u tigbor il-karti ta' dan l-professur assistent maghha, baqghet imbelha bl-attegjament seren tal-mara zghazugha tieghu, Anna. Stenniet li se ssib mara rassenjata u mfarrka. Issib mara mimlija tama fis-setgha tas-Salib : "dan ifejjaq u jaghti l-hajja lil kulhadd." Dan kien l-ewwel xaqq serju fil-sur tan-nuqqas ta' fidi taghha.

Erba' snin wara dan is-sur iggarraf ghal-kollox. Kienet ghand il-hbieb taghha Theodor u Hedwig Conrad-Martius. Dawn hargu ghal-lejl u hija u tqalleb il-kotba li kellhom fl-istudju taghha, qabdet il-Ktieb tal-Hajja miktub minn Santa Tereza ta' Ges¨. Baqghet imsammra. Kompliet taqra sa' sbih il-jum. Malli spiccatu, stqarret : "Din hi l-veritÓ!" Fl-ahhar sabet dak li kienet ilha s-snin tfittex...

Hames xhur wara, fl-ewwel tas-sena 1922, Edith tghammdet fil-Knisja ta' San Martin gewwa Bergzabern. Ghazlet Tereza bhala isimha l-gdid! Kellha tletin sena. Malli ommha saret taf, infaqghet tibki. "Ma rrid nghid xejn kontra tieghu (Ges¨)," qaltilha. "Forsi kien ragel tajjeb. Imma ghaliex ghamel lilu nnifsu Alla?!" Edith kellha tghix il-fidi taghha wahedha. Wahda biss minn hutha, Rosa, aktar tard saret nisranija.

Hafna minna jsibu s-sodda mifruxa. Jitwieldu u jikbru insara bla ma qatt japprezzaw dak li ghandhom. Edith kellha tfittex. Fittxet u sabet. X'sabet? Sabet li Alla biss jaghti sens lill-hajja. Sabet f'Gesu Kristu xi hadd li jista' jimla' l-qalb. Tant li mill-ewwel wara l-maghmudija xtaqet tidhol soru tal-klawsura. Meta tkun sibt tezor, tkun tixtieq tghozzu!

Imma d-direttur taghha, il-Kanonku Schwind, ta parir li ahjar l-ewwel issir midhla sewwa tal-hajja nisranija. Bdiet tghallem f'kullegg tal-bniet gewwa Speyer u fl-istess hin taqleb ghal-Germaniz ix-xoghlijiet tal-Kardinal Newman u tal-Patri Teologu Dumnikan San Tumas ta' Akwinu. Kompliet tikteb ukoll, u saret midhla sewwa tal-problematika tal-mara. Il-mara, kienet tirraguna Edith, ghandha vokazjoni differenti minn dik tar-ragel. Hi mibnija halli tkun omm, vergni u siehba. Ghalhekk l-edukazzjoni tal-bniet ghandha tkun differenti, aktar taqbel mal-kwalitajiet distinti tal-mara. L-istess fuq ix-xoghol. Il-mara ghandha tghix hajjitha ta' mara li hi. Il-mara taghder aktar u thoss aktar. Kelma qawwija hafna anke illum fejn insibu kultura shiha li trid taghmel mill-mara ragel, kultura li dahlet il-mewt fil-guf tal-omm.

Bdiet tircievi hafna inviti halli titkellem f'diversi lagqhat u seminars. Il-mod profond u originali kif kienet tipprezenta l-vokazzjoni tal-mara nisranija fis-socjetÓ kontemporanja kien jimpressjona. Sabet ruhha titkellem f'hafna ibliet l-Germanja, l-Austrija u l-iSvizzera.

Tahdita Bil-Lejl

Fil-1933 Adolf Hitler lahaq Kancillier tal-Germanja. Il-persekuzjoni, l-ewwel fina u mohbija u imbaghad kattiva u miftuha kontra l-Lhud issa qabdet ritmu aktar sfrenat. Il-bibien kollha bdew jinghalqu ghall-Edith. Ghalkemm ixxukjata u mugugha hafna minhabba din is-sitwazzjoni politika, Edith rat f'dan ukoll l-id providenzjali ta' Alla. Indunat li Alla qed isejhilha halli bhal Regina Ester tirriskja hajjitha ghal-gensha. Indunat ukoll li issa tista' twettaq il-holma li kienet ilha ggor hdax il-sena. Issa setghet tidhol Soru Terezjana.

Il-hajja gdida taghha fil-Karmelu ta' Kolonja, l-Germanja kienet tahlita ta' ferh u taqbida. Ferh ... "xi mindaqqiet tant kienet tidhak bil-qalb, li d-dmugh kien jinzel minn ghajnejha." Taqbida ghaliex ma' kienet imdorrija issajjar, tnaddaf u tahsel! Mhux facli tibdel l-orjentament ta' hajtek ta' erbghin sena.

Imma kienet kuntenta. Il-provincjal talabha tkompli tikteb. U hija hekk ghamlet. Interessanti ghal min 'ghandu ghajnejn biex jara' hu l-fatt li l-ahhar ktieb taghha jismu : Ix-Xjenza tas-Salib. Studju fuq San Gwann tas-Salib. Is-salib hu l-alfabet tan-nisrani. Hu biss jghamlek nies. Fil-vestizzjoni hadet l-isem ta' Swor Tereza Benedetta tas-Salib jew Swor Tereza Imbierka mis-Salib.

Il-Germanja kompliet sejra fil-programm taghha li tohloq it-tielet saltna. F'dan ir-Reich ma kienx hemm post ghal-Lhud u ghad-dghajfa. Il-Lhud bdew jigu deportati, hwienet maghluqa, drittijiet michuda. Biex tevita hafna inkwiet lis-sorijiet shabha, fil-bidu tas-sena 1938, xi hbieb tal-kunvent hadu bil-karozza bil-lejl lil Swor Tereza Benedetta gewwa l-Olanda, fil-Monasteru ta' Echt. "Kienet firda iebsa ghal-kulhadd".

Ma haditx hafna zmien halli tidra. Sorijiet godda, spirtu gdid, ambjent ta' hajja gdid. "Dak li qeghdli s-salib fuq dirghajja irnexxielu jghamilhuli hafif u helu!"

It-Tieg tal-Haruf

Imma l-qarnita tan-Nazi ma damitx ma' ppenetrat gewwa l-Olanda wkoll. U anke hawnhekk bdiet 'it-tisfija'. Swor Tereza Benedetta aktar bdiet thoss l-urgenza li toffri lilha nnifisha lil Qalb ta' Ges¨ bhala tpattja b'risq paci vera. San Pawl kien qal li n-nisrani huwa msejjah "halli jtemm f'gismu dak li jonqos mit-tbatijiet ta' Kristu ghall-gisem tieghu li hu l-Knisja." Din is-soru Lhudija hasset li din hi l-vokazzjoni taghha. Vokazzjoni ta' mhabba.

Id-daqqa tal-mannara waslet malajr. F'Lulju 1942 fil-knejjes kollha kattolici inqrat Ittra Pastorali miktuba mill-Isqfijet fejn ikkundannaw l-mod barbaru li bih kienu qed jigu ttrattati l-Lhud. Il-Reichskommissar Seyss-Inquart mill-ewwel irritalja. Il-Kattolici-Lhud kollha jridu jigu deportati fi zmien gimgha.

Kien il-Hadd. Filghaxija. Is-sorijiet Terezjani kienu qed jaghmlu s-siegha meditazzjoni li jaghmlu dejjem. Waslu l-SS u arrestaw lil Swor Tereza Benedetta u lill-ohtha Rosa. "Ejja mmorru ghall-gensna!" kienu l-ahhar kliem li qalet fil-Karmelu. Minn hemm tefughhom fuq vagun li s-soltu kienu jgorru l-annimali. Seba' t'ijiem wara waslu kollha Auschwitz gewwa l-Polonja.

Kien filghodu kmieni. Dawk li kienu ghadhom b'sahhithom warbuhom ghax-xoghol iebes u esperimenti tal-medicina. Dawk li kienu dghajfa u morda gaghluhom jinzghu, tawhom hwejjeg ohra u mexxuhom mill-ewwel ghall-gharajjex specjali li kienu mimlijin pajpijiet tal-gas. L-ahhar xena li rat din is-soru kien l-ugiegh. Mietet iggasjata. Gisimha gie mormi f'fossa komuni!

Kellha hamsin sena. Fl-ahhar setghet tgawdi "l-Haruf" li tant habbha.

(c) Fr. Pius Sammut, OCD. Permission is hereby granted for any non-commercial use, provided that the content is unaltered from its original state, if this copyright notice is included.